Iktar dwar URBACT
Edited on
12 December 2018Il-Programme URBACT għandu l-għan li jiffaċilita l-ħidma aktar mill-qrib ta’ bliet u irħula sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet komuni għall-isfidi komuni. Dan jista' jsir permezz ta’ inizjattivi ta’ networking, tagħlim reċiproku tal-esperjenzi individwali, kif ukoll permezz ta' identifikazzjoni ta’ prattiċi tajba dwar kif tista titjieb u tissaħħaħ il-politika urbana.
Tenut kont tal-qies tal-Gżejjer Maltin u l-fatt li tul is-snin l-iżvilupp f’Malta seta’ kkomprometta jew għad jista' jikkomprometti l-isbuħija naturali u ambjentali tal-istess Gżejjer, il-Gvern stabilixxa Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli (NCSD) taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Att XX tal-2001, Kap. 435). Il-Kummissjoni hi l-katalist istituzzjonali responsabbli tal-Att imsemmi li jippromwovi żvilupp sostenibbli kif ukoll li tipprepara Strateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Submitted by Amanda Abela on